Attivitajiet tal-istudenti tal-Ħames Sena fl-Iskola Primarja Lija-Balzan-Iklin fi ħdan il-Kulleġġ Santa Tereża

Ħarġa Edukattiva fil-Birgu

Nhar it-Tnejn 30 ta’ Jannar 2012, il-klassijiet tal-Ħames Sena morna żjara sal-Belt Vittoriosa. Għalkemm it-temp kien wieħed bix-xita xorta waħda rnexxielna nżuru diversi postijiet interessanti. L-ewwel żjara tagħna kienet lill-Palazz tal-Inkwiżitur. Hemmhekk barra li rajna dan il-bini sabiħ u tgħallimna għalfejn kien jintuża, kellna ċ-ċans naraw ukoll wirjiet ta’ affarijiet marbutin mal-etnografija, jiġifieri folklor reliġjuż tal-gżejjer Maltin. Wara żorna l-bibien tal-Birgu u dorna dawra mat-toroq dojoq waqt li ħdimna worksheet li ppreparawlna l-għalliema. Minn din il-ħarġa tgħallimna naprezzaw aktar il-wirt storiku ta’ pajjiżna.

Ir-ritratti ttieħdu minn Gillian Gatt Year 5.2

This slideshow requires JavaScript.

Kitba ta’ Marija Mangion Year 5.2

Jien  Annimal tal- Foresta.

          Jiena xadina u jisimni Ġoġo. Ngħix ġo siġra kbira. Il-kulur  tiegħi hu kannella skur. Jiena inħobb niekol il-banana, it-tuffieħ u l-frott kollu. Ommi jisimha Ġoġina u missieri jismu Ġowi.

           Matul il-ġurnata jien inħobb nitla’ u  niddendel  mas-siġar biex nieħu gost. Fil-foresta  hemm siġra kbira ħafna u jkollha ħafna  frott. Fil-foresta hemm arja safja u ambjent sabiħ, siġar kbar u nixxigħat tal-ilma ġieri, kif ukoll annimali ħbieb tiegħi u għasafar.

          Darba fost l-oħrajn sibt ruħi  f’avventura bla ħsieb. F’ daqqa waħda rajt ħafna siġar jinħarqu u mort niġri ngħid  lill-ġenituri.  Aħna ġbarna l-affariet li kellna bżonn, l-aktar ikel. Waqt li konna qed nimxu rajna  kaċċatur u  aħna bżajna li ser joqtolna. Imma aħna  qbadna niġru tant li  qtajna  nifisna imma l-kaċċatur ma qatilniex għax dan kien ragel  li kien jaqbad lill-għasafar. Wara vjaġġ twil aħna spiċċajna  noqogħdu ġo għar.

               Din  kienet ġrajja diffiċli ħafna għax konna ser nitilfu ħajjitna imma ma mitniex.  Jien tgħallimt kemm hu importanti li nagħti sehmi fil-familja għax b’dak li għamilt salvajt lill-familja tiegħi.

Nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Diċembru 2011 l-istudenti tal-Ħames Sena attendew għal fun walk ġewwa l-Buskett organizzata mill-Kunsill Malti għall-isport.  Tlaqna minn taħt it-tinda tal-Buskett u ġbidna lejn l-inħawi ta’ Clapham Junction fejn rajna diversi raddi tar-roti – cart ruts. Bqajna tilgħin aktar ‘il fuq u wasalna ħdejn Għar il-Kbir li sa madwar mitt sena ilu kienu għadhom jgħixu fih in-nies. Rajna wkoll xi oqbra li kienu jintużaw mill-Puniċi madwar elfejn sena ilu. Minn hemm erġajna nżilna lura lejn il-Buskett. Madwarna smajna t-tpespis ta’ diversi għasafar fosthom il-pitirross li beda jfaqqa’ u jgħanni mis-siġar. Kienet esperjenza sabiħa għalina u tgħallimna li barra li jgħinna biex inkunu b’saħħitna, il-mixi jista’ jkun ta’ pjaċir ukoll meta mmorru f’xi post sabiħ tal-kampanja Maltija.

Ir-ritratti ttieħdu minn Isaac Bartolo (Yr. 5.2)

This slideshow requires JavaScript.

Minn Isaac Bartolo u Rachel Lowell

Issa li wasal ix-xahar ta’ Diċembru, kulħadd jibda jipprepara għall-Milied. Fil-Milied aħna narmaw is-siġra tal-Milied,
li jkollha ħafna tiżjin ikkulurit fuqha. Ma ninsewx il-presepju li huwa l-favorit ma’ ħafna familji.

Il-presepju tagħna jkun merfugħ fil-
garaxx fuq ir-raff. Dan il-presepju huwa magħmul mil-ġips u l-gazzetti. Aħna narmaw il-presepju fis-salott ħdejn is-siġra tal-Milied.

Il-presepju tagħna għandu ħafna għerien kbar u fondi. Għandu ukoll għolja li fuqha hemm dar kbira. Hemm ħafna pasturi u kif ukoll nagħaġ. Fil-presepju hemm għar sabiħ u speċjali fejn hemm il- Madonna, Ġużeppi u l-Bambin Ġesu’.

Ħdejn il-presepju nagħmlu il-ġulbiena. Nagħmlu wkoll id-dawl aħdar fejn ikun hemm xi għar mudlam. Kull sena ħija jixtri il-ponsjetta u għalhekk inqegħduha ħdejn il-presepju wkoll.

Meta n-nanniet u l-ħbieb raw il-presepju baqgħu b’ħalqhom miftuħ. In-nannu qalli biex
ngħid lil missieri biex jagħmillu wieħed. Il-ħabib tiegħi qalli biex indaħħlu f’kompetizzjoni imma jien ma rridx.
Jien ma rrid inzidlu u nnaqaslu xejn għax jogħġobni kif inhu.

Jien joghgobni l-presepju għax meta nħares lejh niftakar fit-twelid ta’ Ġesu’. Naħseb sena oħra nagħmel wieħed għalija biex narmah fil-kamra tiegħi.

This slideshow requires JavaScript.

Nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Diċembru 2011 l-istudenti tal-Ħames sena flimkien mal-għalliema tagħhom żaru l-belt qadima tal-Imdina. Din il-ħarġa kienet parti mil-lezzjonijiet tal-Istudji Soċjali dwar il-bliet qodma Maltin sabiex l-istudenti jkunu jistgħu japprezzaw aktar dak li jkunu għamlu fil-klassi. Wara li raw dokumentarju dwar l-Imdina – the Mdina Experience – l-istudenti daru madwar l-Imdina bil-worksheets li preparaw għalihom l-għalliema. Waqt li osservaw, huma imlew il-worksheets bl-informazzjoni dwar dak li kienu qegġdin jaraw u jitgħallmu. Iż-żjara ntemmet b’dawra bil-ferrovija madwar ir-Rabat u l-Imtarfa kif ukoll waqfa fil-Ġnien Howard fejn l-istudenti ħadu ftit mistrieħ u kielu xi ħaġa wkoll. Din kienet żjara interessanti ferm u żgur li l-istudenti jibqgħu jiftakru dak li tgħallmu fiha.
Ir-ritratti t’hawn taħt ittieħdu minn Isaac Bartolo, Ruth Borg, u Michaela Mamo studenti fil-Klassi 5.2.

There are many jobs I could do when I grow up. However the job I would like to do the most is that of mechanic.

I will work in a big garage. At work I will fix lots of nice and fast cars. Sometimes the cars are very hard to fix. I will wear blue overalls, that is, a big blue suit. I will use tools to mend cars. My toolbox will be very heavy. My tools will always be in place. I will wake up at about 5’oclock in the morning. I will have a cup of tea and some biscuits. I will have a bath and wear my uniform. My work will start at 6’o’clock and sometimes I may start at 8 o’clock. I will like starting work at 8’o’clock the most. I will always finish at 5’o’clock. I will not work on Sundays and public holidays. In the summer I will have a little less work than usual. In the winter people will buy lots of windshields and wipers because of the rain. After work I will go home. I will eat my meal, play on my computer and Playstation 3, take a bath and sleep. On Sundays me and my family will go out. At work I will take some pasta and pizza for my break time. I will always take a bottle of water. When it is a hot day, I will take two bottles of water.

For my job I will need special equipment. These are hammers, welding, torches, a mask for my face and screwdrivers. I will also need car wheels, car doors, car seats, steering wheels and car windows. In my garage I will also have a lift for cars to lift them up when I need to do repairs at the bottom of the car. I like this job because I like fast sports cars and I also like nice cars. My favourite part of my job is when I have to fix a very big car. I like fixing broken down cars because they give me a challenge and I like challenges.

Being a mechanic is not an easy job but I still like to do it because I like fixing cars .

 ( Kluivert Galea Year 5.1)

Nhar il-Ħamis 10 ta’ Novembru 2011, il-klassijiet tal-Ħames Sena kienu mistiedna sabiex jattendu Seminar bl-isem ta’ “Duq il-Qawsalla” fil-Home Economics Centre B’Kara. It-tema tas-Seminar kienet dwar l-importanza li fid-dieta tagħna ninkludu 5 porzjonijiet ta’ frott u ħaxix kuljum. L-istudenti tgħallmu permezz ta’ stejjer, attivitajiet u logħob edukattiv. Waqt il-brejk it-tfal ingħataw cereal bar nutrittiva. Fl-aħħar tas-seminar kull student u studenta ingħataw ċertifikat ta’ attendenza.

This slideshow requires JavaScript.

Follow

Get every new post delivered to your Inbox.